Hibernians ……1
Gzira United ….2
Gzira United irritornaw għar-rebħ meta rnexxielhom jirkupraw goal żvantaġġ biex għelbu lil Hibernians bl-iskor ta’ 2-1.
Kienu Hibs li ħadu vantaġġ meritat fl-ewwel taqsima u għalkemm baqgħu jagħfsu biex ikabbru l-iskor, kienu Gżira li ġabu l-iskor indaqs u eventwalment marru minn fuq biex hekk pattew għad-diżappunt tal-aħħar żewġ logħbiet fejn kienu ġew miżmuma fi draw.
Hibernians kellhom bidla waħda mill-aħħar ħarġa tagħhom meta Joseph Zerafa beda ħa post Gabriel Izquier. Min-naħa l-oħra, Darren Abdilla għamel żewġ bidliet għal Gżira b’ Zachary Scerri u Ricardo Correa jħallu posthom lil Clive Gauci u Toni Kolega.
Il-logħba bdiet fuq ritmu xi ftit kajman bi ftit tentattivi lejn il-lasta, taqta’ xutt minn barra l-kaxxa ta’ Degabriele fit-tmien minuta li għadda ftit barra.
Fl-34 minuta, Hibernians marru minn fuq meta minn freekick ta’ Degabriele mil-lemin, FERDINANDO APAP għeleb lil Zarkov bil-ballun jolqot il-minduda qabel jispiċċa ġewwa.
Gżira rrispondew fit-38 minuta bi freekick ta’ Gabriel Bohrer Mentz li għadda ftit barra iżda minuta wara, il-Pawlisti reġgħu resqu qrib meta minn cross ta’ Thaylor Aldama, Degabriele mill-viċin impenja lil Zarkov li bi bravura dawwar il-ballun f’corner.
Fit-42 minuta Rodolfo Soares falla l-mira bi ftit meta pprova jikkonkludi bit-takkuna wara li rċieva l-ballun mingħand Degabriele filwaqt li żewġ minuti wara, Aldama għadda l-ballun lejn Jake Grech li kellu xutt mill-viċin salvat minn Zarkov.
Fit-tieni taqsima Hibs ħarġu tajjeb u wara erba’ minuti minn corner ta’ Degabriele, xutt ta’ Diakite ġie mblukkat minn Zarkov.
Mas-siegħa logħob, Grech kien sfortunat li b’xutt minn tarf il-kaxxa laqat il-wieqfa bil-goalkeeper ta’ Gżira megħlub.
Iżda fit-63 minuta kienu Gżira li kisbu d-draw meta JEFFERSON DE ASSIS irċieva pass fit-tul ta’ Mendoza u qabeż lill-goalkeeper li kien ħareġ biex jimblokka u wara li daħal fil-kaxxa, tefa’ ġewwa b’ xutt fil-baxx.
Fit-72 minuta, huma marru minn fuq meta JEFFERSON DE ASSIS seraq il-ballun lil Diakite u ġibed lejn ix-xellug qabel ma għeleb lil Kone.
Fit-80 minuta, Hibs għamlu reazzjoni iżda x-xutt ta’ Degabriele għadda għoli.
Gżira wieġbu fit-83 minuta b’żewġ tenattivi ta’ Maxuell Maia Da Silva li kienu salvati mill-goalkeeper Ibrahim Kone.
HIBERNIANS: 24-Ibrahim Kone, 3-Ferdinando Apap, 6-Gonzalo Llerena Bravo, 7-Thaylor Aldama, 8-Jake Grech (12-Dunstan Vella 87), 10-Jurgen Degabriele, 11-Bjorn Kristensen (17-Gabriel Mensah 78), 19-Joseph Zerafa, 23-Yunusa Muritala (9-Jairo Morillas Rivero 78), 42-Ali Diakite (13-Zachary Grech 78), 88-Rodolfo Soares. – Coach: Andrea Pisanu
GZIRA U.: 30-Darijan Zarkov, 3-Gabriel Bohrer, 5-Luke Tabone, 6-Nikolai Muscat (8-Zachary Scerri 65), 9-Marcelo Dias, 17-Clive Gauci (7-Steve Pisani 65), 22-Toni Kolega, 44-Marko Cosic, 91-Maxuell Maia, 94-Jefferson de Assis (47-Brooklyn Borg 81), 98-Jackson Mendoza (16-Luis Carlos Riascos Torres 65). – Coach: Darren Abdilla
REFEREE: Fyodor Zammit
ASS. REFEREES: Alan Camilleri, Edward Spiteri
RABA’ UFF: Glen Tonna
SKORERS: F. Apap 34 (H); J. de Assis 63, 72 (GU)
AMMONITI: B. Kristensen, J. Grech, F. Apap (H); J. Mendoza, N. Muscat, J. de Assis, S. Pisani (GU)