Gzira United …..3
Gudja United ….1
Gzira United ikkonvinċew bis-sħiħ u għelbu lil Gudja United bl-iskor ta’ 3-1 u b’hekk żammew it-tamiet tagħhom ħajjin li jiksbu post f’kompetizzjoni Ewropea għalkemm iċ-ċans huwa limitat.
Kienet rebħa meritata għall-Maroons li kienu l-aħjar team matul id-90 minuta għalkemm wieħed ma jrid ineħħhi xejn mill-mertu ta’ Gudja, li kellhom il-waqtiet pożittivi tagħhom fil-partita.
Kienu Gudja li ħolqu l-ewwel periklu fid-disa’ minuta permezz ta’ xutt minn barra l-kaxxa ta’ Tatsuro Nagamatsu li ġie mxellef f’corner mill-goalkeeper ta’ Gzira, Darijan Zarkov.
Gzira wieġbu fit-28 minuta permezz ta’ xutt ta’ Jefferson De Assis li ġie salvat tajjeb mill-goalkeper Glenn Zammit.
Huma komplew l-offensiva u erba’ minuti biss wara, tentattiv minn daqqa ta’ ras ta’ Marko Cosic stampa mal-wieqfa.
Il-Maroons komplew jiddominaw u fis-37 minuta meritatament fetħu l-iskor meta MAXUELL MAIA rċieva ballun mil-lemin, ikkontrolla tajjeb u permezz ta’ xutt minn tarf il-kaxxa tefa’ l-ballun fir-rokna tax-xibka.
L-ewwel azzjoni fit-tieni taqsima kienet ta’ marka Gudjana meta fis-47 minuta xutt minn barra l-kaxxa ta’ Aidan Jake Friggieri ntemm barra.
Fid-59 minuta Gzira rebħu penalty meta Llyelwyn Cremana waqqa’ lil Jefferson De Assis fil-kaxxa. Mill-11-il metru nkariga ruħu MAXUELL MAIA li spara l-ballun fis-saqaf tax-xibka.
Il-Maroons komplew jiddominaw u fil-75 minuta Nevin Portelli għadda tajjeb lejn Toni Kolega li kellu x-xutt mill-viċin tiegħu salvat minn Glenn Zammit.
Fit-78 minuta, Gudja ħolqu azzjoni rari ta’ skor meta James Arthur kellu xutt minn pożizzjoni ideali li ħareġ l-aħjar tal-goalkeeper Gżirjan.
Huma komplew jipproduċu logħob sabiħ u ta’ dan ġew ippremjati meta fit-82 minuta, wara li rċieva minn cross mix-xellug, MARCELO DIAS, mill-viċin tefa’ ġewwa.
Iżda din kienet ferħa bla temma għall-Gudjani hekk kif fis-87 minuta Gzira ssiġillaw ir-rebħa meta wara li rċieva minn cross, YURI DE JESUS MESSIAS kien fil-post it-tajjeb fil-mument opportun u permezz ta’ xutt mill-viċin tefa’ l-ballun wara Glenn Zammit.
Gzira u.: 30-Darijan Zarkov, 3-Gabriel Bohrer Mentz, 4-Marko Cosic (17-Clive Gauci 36), 6-Nikolai Muscat, 8-Zachary Scerri, 9-Toni Kolega, 11-Yuri De Jesus Messias (18-Nashton Taliana 90), 20-Nevin Portelli, 21-Jean Paul Attard (23-Ricardo Correa Duarte 82), 91-Maxuell Maia, 94-Jefferson De Assis (98-Mohamed Alouzi 90) – Coach: Darren Abdilla
GUDJA U.: 1-Glenn Zammit, 3-Tatsuro Nagamatsu (29-Giorgi Nikabadze 72), 7-Aidan Jake Friggieri, 8-Rodolfo Soares (22-Hubert Vella 78), 10-Llywelyn Cremona (5-Matias Muchardi 65), 13-James Arthur, 17-Gabriel Mensah, 23-Neil Tabone, 24-Neil Anthony Micallef (20-Farid Zuniga Romero 46), 25-Juan Ramires Bolanos, 99-Marcelo Dias- Coach: Thane Micallef
REFEREE: Andrea Sciriha
ASS. REFEREES: Jurgen Spiteri, Vasil Vasilev
RABA’ UFF: Daniel Casha
SKORERS: M. Maia 37, pen. 59, Y. De Jesus Messias 87 (Gz U), M. Dias 82 (Gd U)
AMMONITI: N. A. Micallef, L. Cremona, G. Nikabadze (Gd U), J. P. Attard (Gz U)