Monday, December 23, 2024

Gzira United jagħtu r-raba’ telfa lil Hamrun Spartans

Aqra wkoll

Ritratt: Dominic Borg

Hamrun Spartans  ……0

Gzira United …………..1

Gzira United komplew jesponu l-kriżi taċ-champions Hamrun Spartnas meta għelbuhom bl-iskor ta’ 1-0 biex dawn tal-aħħar issa sofrew ir-raba’ telfa biex ħadu skoss qawwi fit-tentattiv li jkomplu jisfidaw għar-rebħ tat-titlu.

L-Ispartans  kellhom nie­qes lill-goalkeeper Henry Bonello biex minfloku ddefenda l-lasti l-Ispanjol, Pablo Sanchez, waqt li għall-Maroons Steve Borg kien indispost li inċidentalment it-tnejn weġġgħu mat-team nazzjonali Malti fid-draw ta’ 2-2 kontra Ċipru.

Kienu Gzira United li ħolqu l-ewwel periklu meta wara biss żewġ minuti Nikolai Muscat venven xutt minn tarf il-kaxxa li stampa mal-mimduda.

Ħames minuti wara, Jefferson De Assis kellu x-xutt angolat fil-baxx li ntemm ftit barra.

Il-Gżirjani baqgħu jiddominaw u fis-27 minuta,  minn pożizzjoni ferm ideali, Yuri Messias tefa’ għoli.

Huma komplew jippressaw u fit-33 minuta Nevin Portelli xeħet cross-shot fil-kaxxa iżda sab lill-goalkeeper Sanchez attent li salva bi bravura.

U biex l-affarijiet ikomplu serjin ħażin għall-Ispartans fl-44 minuta, il-coach Mark Buttigieg, kellu jeffettwa sostituzzjoni sfurzata meta weġġa’ Jorge Ailton Soares biex minfloku daħal jilgħab Arthur Oyama.

Fit-tieni taqsima, Hamrun Spartans, ħarġu ferm aggressivi u fil-51 minuta Isaac Ntow venven xutt mid-distanza li ħareġ l-aħjar tal-goalkeeper, Anthony Curmi, u li dawwar f’corner b’mod spettakolari.

Fis-56 minuta, notevoli kien ir-ritorn tal-midfielder ta’ Hamrun Spartans, Matthew Guillaumier, wara assenza twila minħabba injury, li daħal fil-post ta’ Emerson Marcelina. 

Huma komplew jippersistu u fit-73 minuta, is-sostitut Arthur Oyama kellu free­kick insidjuż salvat minn Curmi.

L-Ispartans baqgħu territorjalment superjuri u fit-78 minuta,  Joseph Mbong serva fuq platt tal-fidda lil Faissal El Bakhtaoui li qabbeż il-ballun minn fuq Curmi  iżda sab lil Thiago Espindola li kklerja l-ballun minn fuq il-linja fatali biex evita goal ċert.

Peró, fl-84 minuta kienu l-Maroons li skorjaw il-goal tar-rebħa meta minn azzjoni ta’ free-kick YURI DE MESSIAS xeħet fix-xibka bir-ras.

HAMRUN S.: 56-Pablo Sanchez, 4-Darko Gojkovic, 7-Joseph Mbong, 10-Jorge Ailton Soares (12-Arthur Oyama 44), 17-Frankin Sasere (9-Lagzir Soufiane 83), 23-Luke Gambin, 28-Juan Carlos Corbalan, 30-Karl Micallef, 33-Isaac Ntow, 91-Emerson Marcelina (6-Matthew Guillaumier 56), 92-Faissal El Bakhtaoui   – Coach: Mark Buttigieg

GZIRA U.: 1-Anthony Curmi, 3-Gabriel Bohrer Mentz, 5-Luke Tabone, 6-Nikolai Muscat (17-Clive Gauci 62), 7-Steve Pisani (8-Zachary Scerri 80), 11-Yuri De Jesus Messias, 19-Martin Davis, 20-Nevin Portelli, 93-Thiago Espindola, 94-Jefferson De Assis (91-Maxuell Maia 59), 98-Jackson Mendoza   – Coach: Darren Abdilla

REFEREE: Slobodan Petrovic

ASS. REFEREES: Jurgen Spiteri, Mitchell Scerri

RABA’ UFF: Alex Johnson

SKORER: Y. de Jesus Messias 84 (GU)

AMMONITI: D. Gojkovic (HS), J. Mendoza (GU)

Ekonomija

Sport