Il-goalkeeper Pollakk ta’ 25 sena Aleksander Lubik ffirma kuntratt ta’ sena ma’ Gzira United FC.
Lubik beda l-karriera tiegħu ma’ ROW Rybnik u kompla jilgħab ma’ Kuznia Ustron u LKS Goczalkowice-Zdroj, minbarra perjodu ma’ MFK Karvina fiċ-Ċekja.
Fl-istaġun li għadda lagħab ma’ Melita FC.
Ta’ nota huwa l-fatt li dan huwa t-tielet akkwist ta’ Gzira mingħand Melita wara dawk ta’ Andre Carlos Penha Da Costa u Marc Van De Font Bovenkamp. Dan minbarra li huma akkwistaw lill-kowċ Clive Mizzi mingħand l-istess Melita.