Balzan……………..0
Gzira Utd………….2
Gzira United għelbu lil Balzan bl-iskor ta’ 2-0 biex komplew jittamaw li jiksbu post fl-Ewropa hekk kif jinsabu fit-tielet post b’45 punt.
Kienu Balzan li ħolqu l-ewwel periklu fl-14-il minuta permezz ta’ freekick ta’ Angel Torres minn barra l-kaxxa li għadda jħakkek mal-mimduda.
Balzan komplew fuq l-offensiva u fit-22 minuta, xutt mid-distanza ta’ Paul Fenech impenja bis-sħiħ lill-goalkeeper ta’ Gzira, Darijan Zarkov, biex mir-rebound l-istess goalkeeper reġa’ salva fuq tentattiv ta’ Matheus de Sousa.
Madankollu, kienu Gżira li fetħu l-iskor fit-33 minuta meta JEFFERSON DE ASSIS venven xutt b’saħħtu minn ġol-kaxxa li ma ta l-ebda ċans lill-goalkeeper ta’ Balzan, Jonathan Debono.
Fid-49 minuta, huma rduppjaw l-iskor biex issiġillaw ir-rebħa meta Marcelo Dias xeħet cross fil-baxx lejn Jefferson De Assis, li ħalla l-ballun lil TONI KOLEGA, li xxamplat tefa’ l-ballun f’lasta vojta.
Balzan tilfu ċans tad-deheb li jnaqqsu l-marġni tal-iskor fil-85 minuta meta Toni Kolega ddevja l-ballun lejn il-lasta tiegħu stess, iżda Zarkov kien attent biex evita auto-goal sfortunat permezz ta’ save mill-isbaħ.
Balzan: 23-Jonathan Debono, 5-Samir Arab, 6-Marcus Grima (21-Alex Satariano 53), 8-Paul Fenech, 10-Angel Torres, 19-Nikola Zerjal, 24-Nikola Braunovic (11-Benjamin Hili 83), 27-Momcilo Raso, 33-Matheus de Sousa (7-Bogdan Mladenovic 65), 77-Aleksa Andreijic (18-Delvin Chanel Ndinga 53), 86-Bojan Kaljevic Coach: Oliver Spiteri
Gżira U.: 30-Darijan Zarkov, 3-Gabriel Bohrer Mentz, 5-Luke Tabone, 7-Steve Pisani (4-Andrew Borg 89), 8-Zachary Scerri, 9-Marcelo Dias, 16-Luis Carlos Riascos (23-Ewertton 73), 22-Toni Kolega, 44-Marko Cosic, 94-Jefferson De Assis (47-Brooklyn Borg 92), 98-Jackson Mendoza Coach: Darren Abdilla
Referee: Fyodor Zammit
Ass. Referees: James Muscat, Mark Ciantar
Raba’ Uffiċjal: Andrea Sciriha
Skorers: J. De Assis 33, T. Kolega 50 (G)
Ammoniti: L. C. Riascos (G), N. Braunovic, A. Torres (B)
Player tal-Logħba: Toni Kolega (G)