Sunday, November 24, 2024

Gzira United jirkupraw żvantaġġ ta’ żewġ goals

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Gzira United …….2

Santa Lucia ……….2

Gzira United u Sta Lucia qasmu bejniethom erba’ goals fi draw ġust liema riżultati ma kkuntenta lil ħadd.

Fuq nota negattiva dan il-konfront żvolġa f’wieħed kemmxejn nervuż bil-konsegwenza li ż-żewġ timijiet kellhom player imkeċċi. 

Kienu Santa Lucia li fetħu l-iskor wara żewġ minuti proprju fl-ewwel azzjoni meta Vito Plut kellu xutt fil-baxx salvat parzjalment mill-goalkeeper, Darijan Radelic Zar­kov, biex mir-rebound JAMIE ZERAFA ma kellu l-ebda diffikultá jixħet fix-xibka.

Fl-20 minuta waslet l-ew­wel reazzjoni ta’ Gzira United meta Nevin Portelli kellu xutt mill-viċin imdawwar f’corner mill-goalkeeper Julani Archibald.

Iżda kienu Santa Lucia li rduppjaw l-iskor fit-32 minuta meta FRANCISCO RODRIGUES ikkontrolla tajjeb qabel ma għeleb lil Zarkov.

Madankollu, il-Maroons ma qatgħux qalbhom u wettqa reazzjoni mmedjata u ħames minuti wara naqqsu d-distakk meta Yuri De Jesus Messias kellu xutt salvat parzjalment minn Archibald, biex mir-rebound JEFFERSON DE ASSIS kien pront u tefa’ ġewwa.

Huma komplew jippressaw u fid-39 minuta ngħataw penalty meta Dexter Xuereb waqqa’ lil Maxuell Maia fil-kaxxa. Mill-11-il metru l-istess attakkant Brażiljan ma żbaljax hekk kif permezz ta’ xutt fil-baxx tefa’ l-ballun naħa u lill-goalkeeper Archibald in-naħa opposta bil-ballun jintemm fir-rokna tax-xibka.

Fit-52 minuta, il-Maroons resqu viċin meta Yuri de Jesus Messias kellu t-tentattiv tiegħu mblukkat f’corner minn Andre Prates wara li qabeż il-goalkeeper Julani.

Fid-69 minuta, Sta Lucia spiċċaw b’10 players meta tkeċċa Victor Filho għal żewġ karti sofor u fit-83 minuta, Gzi­­ra ġralhom l-istess meta tkeċċa Luke Tabone.

Fid-90 minuta, Gzira ġew imċaħħda mir-rebħa meta x-xutt ta’ Maxuell stampa mal-mimduda.

GZIRA U.: 30-Darijan Radelic Zarkov, 3-Gabriel Bohrer Mentz, 5-Luke Tabone, 6-Nikolai Muscat, 7-Steve Pisani, 8-Zachary Scerri, 11-Yuri De Jesus Messias, 20-Nevin Portelli, 91-Maxuell Maia, 94-Jefferson De Assis, 98-Jackson Mendoza   – Coach: Darren Abdilla

STA LUCIA: 18-Julani Archibald, 4-André Prates, 5-Jurgen Pisani, 6-Nicholas Pulis, 7-Gianmarco Conti, 9-Vito Plut (24-Liam McKay 80), 11-Francisco Rodrigues, 14-Jan Tanti (8-Patrick Silva Mota 64), 17-Victor Filho, 22-Jamie Zerafa (27-Andreas Vella 73), 23-Dexter Xuereb – Coach: Oli­ver Spiteri

REFEREE: Etienne Mangion

ASS. REFEREES: James Muscat, Vasil Vasilev

RABA’ UFF: Andrea Sciriha

SKORERS: J. Zerafa 2, F. Rodrigues 32 (SL), J. De Assis 37, M. Maia 39 (GU)

AMMONITI: Y. De Jesus Messias, N. Portelli, L. Tabone (2), J. Mendoza (GU); J. Tanti, G. Conti, V. Filho (2), J. Pisani (SL)

TKEĊĊEW: V. Filho 69 (SL), L. Tabone 83 (GU) 

Sport