Friday, December 20, 2024

Gzira United jumiljaw lil Hamrun Spartans

Aqra wkoll

Gzira United ………….4

Hamrun Spartans ….1

Tliet goals fi tmien minuti ta’ Jefferson de Assis dawru telfa f’rebħa għal Gzira United fuq Hamrun Spartans bl-iskor ta’ 4-1 biex prattikament temmew it-tamiet għall- istess Spartans fit-tentattiv li jkomplu jisfidaw għar-rebħ tat-titlu.

Il-Ħamruniżi kellhom aktar pussess tal-ballun kmieni fil-partita iżda kienu l-Gżirjani li ħolqu l-ewwel opportunitá ta’ skor meta fis-seba’ minuta Mendoza għadda l-ballun lejn Maxuell Maia wara li Joseph Mbong u Steve Borg fallew milli jikklerjaw u l-attakkant Brażiljan ta’ Gżira kien sfortunat li ġie mċaħħad mill-mimduda.

Fid-29 minuta, Soares għadda lejn Predrag Djordjevic mix-xellug iżda x-xutt minn barra l-kaxxa ta’ dan spiċċa barra.

Erba’ minuti fit-tieni taqsima, kienu Ħamrun li fetħu l-iskor meta Soares għadda l-ballun lejn FRANKLIN SASERE li żmarkat quddiem il-goalkeeper ma falliex b’xutt fil-baxx.

Iżda tliet minuti wara, Gżira kisbu d-draw hekk kif Gojkovic dam ma qassam il-ballun lejn il-goalkeeper sieħbu u Pisani xellef il-ballun lejn JEFFERSON DE ASSIS li tefa’ ġewwa mill-viċin.

Lanqas laħqu għaddew żewġ minuti li l-Maroons ma marrux 2-1 minn fuq meta Maia għadda lejn Scerri fil-kaxxa u mix-xutt angolat ta’ dan, il-ballun deher jiġi mibrum għal ġewwa minn Djordjevic b’JEFFERSON DE ASSIS bir-ras ikompli għal ġewwa.

Fid-59 minuta, Gżira skorjaw it-tielet goal meta ħarba fuq il-lemin, Maia għadda l-ballun lejn JEFFERSON DE ASSIS li għal darb’oħra għe­leb lil Bonello mill-viċin.

Fit-73 minuta Hamrun wieġbu b’corner ta’ Oyama li Zarkov dawwar f’corner iżda fil-kumplament tal-ħin, id-difiża ta’ Gżira kkontrollat bla diffikultá biex żewġ minuti mit-tmiem, huma kabbru l-­iskor meta Mendoza għadda l-ballun lejn MAXUELL MAIA li għeleb lil Bonello b’xutt angolat mil-lemin.

GZIRA U.: 30-Darijan Zarkov, 3-Gabriel Bohrer Mentz, 4-Marko Cosic, 5-Luke Tabone, 6-Nikolai Muscat, 7-Steve Pisani (17-Clive Gauci 84), 8-Zacha­ry Scerri, 19-Antonio Pavic, 91-Maxuell Maia (21-Matthew Robert Gauci 91), 94-Jefferson de Assis (21-Jean Paul Attard 91), 98-Jackson Mendoza.  – Coach: Darren Abdilla

HAMRUN S.: 1-Henry Bonello, 4-Darko Gojkovic, 7-Joseph Mbong, 10-Ailton Jorge Soares, 12-Arthur Oyama, 15-Steve Borg, 17-Franklin Sasere, 20-Matteo Fedele, 23-Luke Gambin (9-Carlos Ibarguen Hinojsa 60), 29-Predrag Djordjevic (8-Christian Mercieca 61), 92-Faissal El Bakhtaoui.  – Coach: Mark Buttigieg

REFEREE: Malcolm Spiteri

ASS. REFEREES: Mitchell Scerri, Christopher Francalanza

RABA’ UFF: Andrea Sciriha

SKORERS: : F. Sasere 49 (HS); Jefferson de Assis, 52, 54, 59,  Maxuell Maia 88 (GU)

AMMONITI: S. Pisani (GU); D. Gojkovic, S. Borg, F. Sasere (HS)

Ekonomija

Sport