Friday, May 16, 2025

Gżira United Veterans champions

Aqra wkoll

Gżira United rebħu l-VMFA Cisk Premier League wara li kisbu r-rebħa li kellhom bżonn kontra Birkirkara St Helen’s biex jaċċertaw it-titlu.

Fuq kollox, ir-rivali tagħhom Floriana rebħu wkoll il-konfront tagħhom kontra MFPA u kienu qed jittamaw f’xi żelqa tal-Maroons sabiex ikunu huma li jgħollu t-tazza.

Iżda dan ma seħħx għax Gżira ħarġu aggressivi sa mill-bidu u marru minn fuq permezz ta’ Kurt Magro li għeleb lil Anthony Micallef bejn il-lasti ta’ Birkirkara.

Fit-22 minuta, il-Maroons irduppjaw l-iskor permezz ta’ freekick preċiż ta’ Arthur Oyama bl-ewwel taqsima li għalqet 2-0.

Fit-tieni taqsima, Birkirkara reġgħu daħlu fil-logħba permezz ta’ Luke Satariano għalkemm Gżira mal-ewwel irrispondew hekk kif Kurt Magro għaqqad doppjetta personali filwaqt li Andrew Xuereb issiġġilla r-rebħa finali.

Fi tmiem il-konfront il-president tal-Veterans Malta Football Association Malcolm Camilleri ippreżenta t-tazza lill-captain tal-MFPA Jonathan Pearson.

Fl-istess waqt, Floriana għelbu liċ-champions MFPA 5-2. Minkejja r-rebħa, il-Greens xorta spiċċaw fit-tieni post tal-klassifika punt taħt iċ-champions il-ġodda Gżira.

Glenn Bonello skorja doppjetta filwaqt li Donovan Friggieri u Trevor Cilia niżżlu isimhom fost l-iskorers.

Thomas Paris skorja doppjetta għal MFPA.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport