Pietá H……………..0
Gzira U……………..6
Gzira U. irriżu;taw bħala wisq b’saħħithom għal Pietá H. meta għebuhom bl-iskor kbir ta’ 6-0, f’partita li huma ddominaw mil-bidu sat-tmiem.
Il-Maroons fetħu l-iskor proprju fl-ewwel periklu li ħolqu fis-sitt minuta meta wara li rċieva minn corner ta’ Steve Pisani, JEFFERSON DE ASSIS, minn daqqa ta’ ras mill-viċin tefa’ l-ballun f’lasta vojta.
Huma rduppjaw l-iskor fil-45 minuta meta TONI KOLEGA kellu xutt minn tarf il-kaxxa li ntemm wara l-goalkeeper ta’ Pietá, Simone Moschini, bil-ballun jaħbat mal-mimduda qabel intemm ġewwa.
Fil-ftuħ tat-tieni taqsima Gzira komplew bl-istess ritmu tal-ewwel waħda u fl-54 minuta għamluhom tlieta meta l-captain Nikolai Muscat indirizza through pass lejn JEFFERSON DE ASSIS li wiċċ imb’wiċċ mal-goalkeeper ta’ Pietá, Moschini, tefa’ ġewwa.
Kulma jmur kompla d-dominju assolut tal-Maroons u fit-58 minuta wara li rċieva minn cross ta’ Andy Borg, MAXUELL MAIA, mill-viċin tefa’ ġewwa.
Huma skorjaw il-ħames goal fit-68 minuta permezz ta’ xutt mill-isbaħ minn barra l-kaxxa ta’ THIAGO ESPINDOLA li ma ta l-ebda ċans lil Moschini.
Gzira ssiġillaw ir-rebħa permezz tas-sitt goal fl-84 minuta meta wara li rċieva minn cross mil-lemin, JEFFERSON DE ASSIS, kien fil-post it-tajjeb fil-mument opportun u b’xamma kbira għall-goal mill-viċn tefa’ ġewwa.
Pietá H.: 12-Simone Moschini, 2-Samuel Okoh, 5-Ojo Temerie Bagahatahm, 6-Daniel Zeafafa, 7-Jake Ghio (10-Kian Leonardi 46), 8-Terence Agius, 9-Armen Hovhannisyan (17-Kurt Briffa 77), 22-Zean Leonardi, 24-Atanda Ogungfne Ganiu, 77-Miranda Davi Rodrigues (19-Arnis Ayroud 65), 99-Takuma Yamaguchi (11-Alan David Schembri Wismayer 65) Coach: Rodney Bugeja
Gzira U.: 1-David Cassar, 3-Gabriel Bohrer Mentz (93-Thiago Espindola 64), 6-Nikolai Muscat, 7-Steve Pisani (4-Andrew Borg 57), 8-Zachary Scerri (47-Brooklyn Borg 72), 9-Marcelo Dias (5-Luke Tabone 64), 22-Toni Kolega, 44-Marko Cosic, 91-Maxuell Maia (11-Lucas Ribeiro De Oliveira 64), 94-Jefferson De Assis, 98-Jackson Mendoza Coach: Darren Abdilla
Referee: Alex Johnson
Ass. Referees: Luke Portelli, Vasil Vasilev
Raba’ Uffiċjal: Trustin Farrugia Cann
Skorers: J. De Assis 6, 54, 84, T. Kolega 45, M. Maia 58, T. Espindola 68 (G)
Ammoniti: J. Ghio, S. Okoh (P), J. Mendoza (G)
Player tal-Logħba: Jefferson De Assis (G)