Thursday, October 17, 2024

Haaland se jitlef it-t’ment tat-Tazza tad-Dinja tal-Clubs

Aqra wkoll

Il-kowċ ta’ Manchester Citу Pep Guardiola tkellem f’konferenza stampa mal-ġurnalisti Ingliżi u ħabbar li l-preżenza tal-attakkant internazzjonali Norveġiż Erling Braut Haaland hi fid-dubju għal-logħba mis-semifinali tat-tazza tad-dinja tal-klabbs kontra l-Ġappuniżi ta’ Urawa Red Diamonds.

Bħalissa Haaland qed ikollu diversi konsulti mat-tobba tal-klabb bit-tama li jagħmilha għal jumejn oħra.

Minkejja kollox, Guardiola qal li jippreferi li l-plejer jistrieħ fil-fażi tal-aħħar erbgħa sabiex eventwalment ikun tajjeb għall-finali, ġaladarba t-tim jgħaddi għal din il-fażi.

Sport