Sunday, November 24, 2024

Ħabs wara li seraq minn vetturi f’Raħal Ġdid

Aqra wkoll

Raġel ta’ 32 sena ntbagħat 18-il xahar ħabs wara li ammetta li seraq mobiles u oġġetti oħra minn vetturi f’Raħal Ġdid. 

Baba Bah tressaq quddiem il-Maġistrat Charmaine Galea fejn wieġeb ħati wkoll li wettaq dawn ir-reati waqt li kien bil-libertà proviżorja fuq reati oħra. 

Huwa kien arrestat kmieni s-Sibt waranofsinhar wara li uffiċjali tal-pulizija mir-Rapid Intervention Unit marru jassistu fi Triq Għajn Dwieli, Raħal Ġdid. Fuq il-post, l-uffiċjali kienu sabu mara li qaltilhom li kienet għadha kif insterqet minn żewġt irġiel. 

Il-Pulizija għamlu tfittxija fiż-żona u lemħu raġel li kien jaqbel mad-deskrizzjoni li kienu ngħataw. Malli nnota l-preżenza tal-pulizja, ir-raġel ipprova jaħrab, iżda kien arrestat. Minn tfittxija li saret fuqu, l-uffiċjali tal-pulizija sabu oġġetti u dokumenti tal-vittma. 

Il-Qorti, filwaqt li kkundannatu 18-il xahar priġunerija, estendiet l-ordni ta’ probation tiegħu għal żmien tliet snin.

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Sarah Zerafa filwaqt li għal Bah deher l-Avukat Joe Brincat. 

Sport