Saturday, November 23, 2024

Ħabsi Ġermaniż suspettat fil-ħtif taċ-ċkejkna Madeleine

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Raġel Ġermaniż ta’ 43 sena li vjaġġa madwar il-Portugall f’camper qiegħed jitqies bħala s-suspettat ewlieni fl-investigazzjoni b’rabta mal-għejbien taċ-ċkejkna Madeleine McCann 13-il sena ilu.

Il-Pulizija temmen li r-raġel li fil-preżent jinsab il-ħabs fuq akkużi kriminali relatati mas-sess, dak iż-żmien li għebet it-tifla ta’ tliet snin kien fl-istess żona bil-camper tiegħu.

Il-ġenituri ta’ Madeleine, Gerry u Kate rringrazzjaw lill-pulizija u qalu li l-ikbar xewqa tagħhom hi li binthom tinstab.

Il-Pulizija intant qiegħda titlob għal informazzjoni rigward żewġ vetturi li jappartjenu għal dan ir-raġel. 

Dakinhar li għebet it-tifla, dan ir-raġel suspettat għamel trasferiment ta’ vettura tat-tip Jaguar fuq persuna oħra.

It-tifla għebet mill-appartament waqt li l-familja kienu fuq btala fil-Portugall proprju fit-3 ta’ Mejju 2007. Il-ġenituri kienu qegħdin ma’ xi ħbieb tagħhom f’bar fil-viċin, iżda meta marru lura raw ħajjithom tinqaleb ta’ taħt fuq.

Sport