Thursday, May 1, 2025

Ħabta bejn mutur u karozza fi Triq Kennedy Grove

Aqra wkoll

Għall-ħabta tas-2.00 ta’ wara nofsinhar seħħet ħabta bejn mutur u karozza fi Triq Kennedy Grove, it-triq ħdejn is-Salini u aktar ‘l fuq hemm it-traffic lights.


Mill-ewwel investigazzjonijiet tal-Pulizija rriżulta li x-xufier tal-mutur tal-għamla Yamaha MT07 hija mara ta’ 37 sena residenti f’M’Scala mentri s-sewwieq tal-karozza tat-tipp Ford Focus huwa raġel ta’ 31 sena residenti San Ġiljan.


It-triq reġgħet infetħet lura għan-normal hekk kif wara li l-mara ttieħdet l-isptar, din instabet li mhiex fil-periklu tal-mewt. Is-sewwieq tal-karozza ma weġġgħax f’dan l-inċident

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport