Fortunatament ħadd ma weġġa’ f’inċident tat-traffiku li seħħ għall-ħabta tas-1:00 a.m fi Triq il-Kosta.
Minn stħarriġ illi sar irriżulta li sewwieq ta’ karozza tal-għamla Mini Cooper għal xi raġuni tilef il-kontroll u baqa’ dieħel fi lqugħ li hemm fil-ġenb tat-triq. Involuta fl-istess inċident kien hemm karozza oħra tal-għamla Peugeot.
Fil-post issejjaħ tim mediku, l-ebda persuni minn dawk involuti ma kellha bżonn tittieħed l-Isptar għal iktar osservazzjoni.
It-triq ingħalqet għal xi ħin sakemm sar ir-rapport u l-investigazzjonijiet neċessarji mill-Pulizija.