Sunday, November 3, 2024

Ħabta bejn żewġ karozzi f’Santa Venera tikkawża konġestjoni kbira tat-traffiku

Aqra wkoll

Żewġ persuni ddaħħlu l-Isptar minħabba xi ġrieħi li sofrew f’inċident tat-traffiku li seħħ għall-ħabta tal-4:45 p.m fi Triq Reġjonali Santa Venera.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn Suzuki Swift misjuqa minn mara ta’ 55 sena residenti Santa Venera u Renault Megane misjuqa minn żagħżugħ ta’ 23 sena residenti Pembroke.

Fil-post issejjaħ tim mediku u ambulanzi li ħadu liż-żewġ sewwieqa lejn l-Isptar Mater Dei għal aktar attenzjoni medika. S’issa mhix magħrufa l-kundizzjoni tagħhom.

Kawża ta’ dan l-inċident inħolqot konġestjoni kbira ta’ traffiku fl-inħawi fosthom fil-Marsa Ħamrun bypass.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.

Sport