Saturday, December 28, 2024

Ħabta fl-awtostrada fil-Kanada tħalli minn tal-inqas 15-il persuna mejta

Nirayl Grech
Nirayl Grech
Ġurnalista

Aqra wkoll

Minn tal-inqas 15 -il persuna tilfu ħajjithom wara li kien hemm ħabta serja ħafna fil-provinċja Kanadiża ta’ Manitoba. Il-Pulizija tal-pajjiż qalet li l-ħabta seħħet bejn trakk u karozza tal-linja li kienet qegħda ġġorr diversi anzjani.

Midja internazzjonali rrapurtat li l-każ seħħ il-Ħamis filgħodu għal ħabta tal-11:43 a.m u li fuq il-post issejjħu diversi vetturi tal-emerġenza, inkluż ambulanza bl-ajru. L-istess midja qalet li minn tal-inqas 10 persuni, inkluż iż-żewġ sewwieqa jinsabu l-Isptar bi ġrieħi sinifikanti.

Xhud li kien preżenti fuq il-post, f’kumment li ta lil midja internazzjonali iddeskriva l-ħabta bħala waħda xokkanti. John Proven, ix-xhud preżenti qal li waħda mill-vetturi ħadet in-nar u li fuq il-post kien hem madwar 20 vettura tal-Pulizija u tmien ambulanzi.

Kelliem għas-servizzi lokali tal-ambulanza tal-ajru qal li dan jista’ jitqies bħala wieħed mill-ikbar inċidenti. Tant li irrimarka li lura għal 2018 kien hemm ħabta bejn xarabank li kien qed iġorr tim tal-hockey u trakk, li wassal għal mewt ta’ 16 -il persuna.

Ekonomija

Sport