Kumpaniji li qegħdin fi stadju avvanzat fit-tqassim tal-vaċċin li mistenni jkun l-ewwel pass lejn in-normalità spiċċaw fil-mira ta’ hackers.
It-twissija ħarġet minn blog ippubblikat minn IBM fejn intqal li kien hemm tentattivi ta’ xkiel sa minn Settembru fuq organizzazzjonijiet li jieħdu ħsieb it-temperatura tal-vaċċin qabel dan jitqassam lill-pazjenti.
Huwa mifhum li madwar 10 kumpaniji spiċċaw fil-mira ta’ attakk ċibernetiku. F’emails mibgħuta lill-ħaddiema, dawn kienu mitlubin idaħħlu informazzjoni sensittiva relatata mad-distribuzzjoni.