Monday, November 4, 2024

“Ħadd daqs il-bdiewa ma jista’ jipproteġi l-ambjent tagħna”

Il-Prim Ministru jsostni dwar l-impenn biex il-gvern jibqa' jgħin lil dawk li jitimgħuna

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Is-setturi tradizzjonali u l-ekonomija għandhom jiġu trattati b’mod paralleli. Il-pandemija għallmitna li l-agrikoltura huwa settur essenzjali għal pajjiżna. Il-pandemija u aktar tard il-gwerra fl-Ukrajna komplew jiftħulna għajnejna biex bħala pajjiż nifhmu kemm dan is-settur huwa importanti biex nieklu. 

Iddikjara dan il-Prim Ministru Robert Abela waqt attività Politika mill-Imġarr, lokalità sinonima mas-setturi tradizzjonali. Abela qabbel l-amministrazzjoni Nazzjonalista li kienet għamlet riforma li ġabet l-affarijiet agħar milli kienu. Il-Prim Ministru fakkar kif gvern Nazzjonalista evita s-settur agrikolu kompletament filwaqt li rriformaw il-kirjiet residenzjali u dawk kummerċjali. Kompla biex jgħid li dan il-gvern għaraf li ħadd aħjar mill-bidwi ma jista’ jipproteġu l-ambjent u li permezz tar-riforma tal-qbiela, mhux biss ipproteġa lil dawn in-nies minn kirjiet li jisparaw ’il fuq jew li saħansitra jiġu żgumbrati mill-artijiet tagħhom, iżda assigura li l-art agrikola ma tintuża qatt għal skop ta’ żvilupp.

“Tajna protezzjoni sħiħa lill-bdiewa biex jibqgħu jaħdmu f’dan is-settur tant importanti u li tant iħobbu. U m’aħniex se nieqfu hemm, flimkien ma’ din ir-riforma tant b’saħħitha, irridu nibqgħu nagħtu wkoll iktar appoġġ lil dan is-settur anke fejn jidħlu skemi ta’ appoġġ finanzjarju”, kompla Abela.

Sport