B’xorti tajba ħadd ma ndarab f’inċident fuq karazza tal-linja wara li kien rapportat xi ħruq fiha. L-inċident seħħ f’Ħal Luqa fl-inħawi tal-ajruport l-antik.
Il-passiġġieri tniżżlu immedjatament hekk kif ġie nnotat id-duħħan.
B’rabta ma’ dan il-każ qed issir investigazzjoni interna biex ikun determinat x’wassal għall-inċident.