Wednesday, July 24, 2024

Ħadd ma jindarab wara li ċediet faċċata fil-Gżira

Aqra wkoll

Fortunatament ħadd ma ndarab wara inċident li seħħ aktar kmieni fi triq Belvedere fil-Gżira.

It-triq tinsab temporanjament magħluqa għat-traffiku wara li għall-ħabta tas-1:15 p.m ċediet faċċata waqt xogħlijiet ta’ kostruzzjoni.

Fuq il-post hemm diversi pulizija, li qed jikkontrollaw is-sitwazzjoni, flimkien ma’ diversi uffiċjali mid-Dipatiment tal-Protezzjoni Ċivili, li bħalissa qegħdin ineħħu l-ġebel imġarraf.

Uffiċjal ieħor assistit minn kelb imħarreġ daħal fi tfittxija ta’ prekawzjoni wara li ħaddiema ma eskludewx li seta’ kien hemm persuni maqbudin.

Intant f’messaġġ fuq Facebook, il-Ministru għall-Intern, Byron Camilleri qal li jinsab infurmat li mill-ewwel rapporti ma jidhirx li hemm persuni li weġġgħu.

Minn naħa tiegħu l-Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni Jonathan Attard ikkonferma li fuq il-post hemm preżenti uffiċjali mill-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol u mill-Aġenzija tal-Bini u tal-Kostruzzjoni.

Aktar informazzjoni malli taslilna …

Ekonomija

Sport