Dan is-sit jinsab infurmat li lbieraħ għall-ħabta tal-10:30 p.m., seħħ impatt bejn żewġ vetturi, fi Triq ix-Xatt Tas-Sliema.
Minn stħarriġ illi sar irriżulta li l-inċident seħħ bejn vettura Land Rover u Peugot. Mal-impatt, il-Land Rover li fiha kien hemm passiġġier apparti s-sewwieq, inqalbet.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku sabiex ikun jista’ jassisti lit-tliet persuni involuti. Kelliem għall-Pulizija kkonferma ma’ Talk.mt li fortunatament ħadd ma weġġa’ fl-inċident.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.