Dan is-sit jinsab infurmat li aktar kmieni llum, għall-ħabta tal-11:30 a.m., intalbet l-assistenza tal-Pulizija minħabba li vettura nħakmet min-nirien fi Triq il-Katakombi, is-Salini, fin-Naxxar.
Minn stħarriġ illi sar irriżulta li vettura tal-għamla Nissan Note nħakment min-nirien. S’issa għadu mhux magħruf x’wassal għal dan.
Kelliem għall-Pulizija kkonferma ma’ Talk.mt li fortunatament ħadd ma’ weġġa’ f’dan l-inċident.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.