Saturday, December 21, 2024

Ħadd ma ndarab f’inċident fir-runway ewlenija tal-MIA

Aqra wkoll

Aktar kmieni għall-ħabta tas-2.30 p.m, ajruplan żgħir kien involut f’inċident fuq ir-runway prinċipali tal-ajruport internazzjonali ta’ Malta. 

L-ajruport fi stqarrija kkonferma li t-tim tiegħu ta’ salvataġġ intbagħat fuq il-post minnufih. L-unika membru tal-ekwipaġġ abbord l-ajruplan ma sofra l-ebda ġrieħi.

Filwaqt li r-runways kellhom jingħalqu, issoktat il-ħidma biex l-operazzjoni fl-ajruport tkun tista’ tkompli b’mod normali.

Bħalissa għaddejja investigazzjonijiet biex ikun stabbilit x’ikkawża dan l-inċident.

Ekonomija

Sport