Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, ambulanzi u tim mediku issejħu fil-Marsa wara li aktar kmieni waranofsinhar żviluppaw nirien fi scrapyard fi Triq Garibaldi..
Għadd ta’ pumpiera u numru ta’ vetturi tat-tifi tan-nar marru fil-post biex jikkontrollaw in-nirien imsemmija. It-triq kellha saħansitra tingħalaq sakemm titwettaq din l-operazzjoni li ħadet ftit ħin mhux ħażin.
B’xorti tajba ħadd ma ndarab, għalkemm fil-post kien hemm l-assistenza meħtieġa f’każ li kellha tingħata għajnuna medika.