Saturday, December 21, 2024

Ħadd ma weġġa’ f’nirien li ħakmu vann fil-Marsa

Aqra wkoll

B’xorti tajba ħadd ma weġġa’ fl-inċident li seħħ dalgħodu meta vann spiċċat ħuġġieġa nar fil-Marsa. Il-vann jidher li kien qed jinstaq fid-direzzjoni lejn Ħal Luqa.

Fuq il-midja soċjali wieħed mill-persuni li kienu fil-vann waqt l-inċident kiteb li jista’ jserraħ ras kulħadd li fil-vann ma kienx hemm persuni, iżda kienu għadhom sejrin għax-xogħol.

Jidher li l-vann toffri servizz lill-persuni minn madwar Malta biex jittieħdu għal xi appuntamenti Mater Dei.

Aktar kmieni: Konġestjoni tat-traffiku fil-Marsa wara li vann ħa n-nar

Kien għall-ħabta tas-7.30am meta Vann li kienet qed tinsaq fi Triq Giuseppe Garibaldi ħa n-nar. Konsegwenza ta’ dan bħalissa hemm konġestjoni kbira tat-traffiku.

Fuq il-post mill-ewwel marru uffiċjali tal-Protezzjoni Ċivili li kelliem għall-Pulizija qalilna li kkontrollaw in-nirien fi ftit ħin.

Is-sewwieqa huma mħeġġa biex jevitaw iż-żona sakemm is-sitwazzjoni terġa’ tiġi lura għan-normal.

Il-pulizija qegħdin jinvesigaw dan il-każ.

Ekonomija

Sport