Is-Sindku ta’ Marsaskala Mario Calleja qiegħed jappella lir-residenti u lill-pubbliku inġenerali biex jevitaw li jimxu viċin parti mill-promenade li sfrondat.
Calleja ħabbar fuq il-profil tiegħu dwar kif fl-aħħar sigħat ċediet parti mill-promenade u kkonferma li fortunatament ma kinux irrapurtati persuni li ndarbu f’dan l-inċident.

Filwaqt li appella għall-koperazzjoni tal-pubbliku, is-Sindku qal li kollox jinsab taħt kontroll biex jibda xogħol ta’ manutenzjoni mill-aktar fis possibbli.