Żagħżugħ jista jgħoddha b’waħda wara għal xi raġuni l-karozza li kien qiegħed isuq tal-għamla Mazda Demio ħadet in-nar. Dan ġie kkonfermat minn kelliem għall-Pulizija, li ma dan is-sit qal li l-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tas-6:45 p.m fi Triq il-Kbira f’Ħal Qormi.
Jirriżulta waqt li ż-żagħżugħ kien qiegħed isuq, xi ħadd ġibidlu l-attenzjoni biex joħroġ immedjatament mill-karozza. Ġara li wara li laħaq ħareġ mill-karozza, din spiċċat f’ħuġġeġa.
Fuq il-post issejħu membri mill-Protezzjoni Ċivili sabiex jassistu u jikkontrollaw in-nirien.