Il-Ġimgħa filgħodu, membri tal-Protezzjoni Ċivili intalbu sabiex jassistu fil-Baħrija, hekk kif kien hemm karozza li ħadet in-nar.
In-nar ġie kkontrollat immedjatament mid-diversi pumpiera tal-protezzjoni Ċivili li marru fuq il-post. Fortunatament ħadd ma’ weġġa’ waqt dan l-inċident.
Il-Protezzjoni Ċivili ta’ Malta rringrazzjat lill-Korp tal-Pulizija ta’ Malta għall-assistenza u l-appoġġ siewi tagħhom

