Wednesday, March 27, 2024

“Ħadd m’għandu dritt jagħmel ħsara lil dan il-partit bi storja kbira”

Bernard Grech f’botta dwar id-diżgwid intern fil-Partit Nazzjonalista

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Waqt kollegament telefoniku fuq Net FM, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista ma naqasx milli jgħaddi botta dwar id-diżgwid riċenti fi ħdan il-partit u għamilha ċara li hu determinat li jibqa’ jmexxi b’mandat b’saħħtu. Tkellem dwar ir-rispons tal-kunsilliera u qal li dawn qegħdin jenfasizzaw fuq il-kelma dixxiplina, b’ħafna minnhom imxebbgħin b’individwi li qed jużaw il-partit bħala tapit.

“Il-Partit Nazzjonalista huwa partit illi għandu storja kbira. Lil min irid jipparteċipa u jaħdem u jgħin fih anke b’mod volontarju jew politikament ikun qed jgħin u mhux għandu jidħol biex juża lill-partit. U jekk xi ħadd għal xi raġuni jew oħra ma jkunx jista’ jkompli jaħdem, ma jistax le jifhem u jaħseb li għandu dritt jagħmel ħsara lill-partit”, kompla jgħid il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech.

Grech qal li kulħadd jaf x’diffikultajiet sab meta kien inħatar bħala Kap tal-partit u li ma kinitx faċli biex jieħu f’idejh partit li kien lil hinn minn żmien ta’ glorja, kien għaddej minn diffikultajiet kbar. Tenna jgħid li rnexxielu jagħmel titjib, iżda sostna li hemm bżonn li jsir ħafna aktar xogħol. Fakkar li f’sena u nofs fit-tmexxija ħa deċiżjonijiet li jħossu kburi bihom fosthom li jipprepara lill-partit waqt il-kampanja elettorali.  Filwaqt li saħaq dwar id-determinazzjoni tiegħu, Grech qal li se jibqa’ jaħdem biex jerġa’ jara lill-Partit Nazzjonalista rebbieħ mill-ġdid.

Tkellem dwar il-bżonn li jkun hemm titjib fil-finanzi tal-partit għax ma jistax ikun li dawn ikun mażra fl-operat. Sostna li mandat b’saħħtu biss jista’ jgħinu biex ikompli jagħmel it-tibdiliet u jara li l-organi kollha jkunu qegħdin jiffunzjonaw dejjem u mhux biss ġimgħat qabel l-elezzjoni biss.

Tkellem ukoll dwar l-ewwel ġimgħa ta’ ħidma parlamentari u l-laqgħa virtwali mal-President Ukren. Qal li bħala Kap tal-Oppożizzjoni se jibqa’ jimbotta li s-sapport ta’ pajjiżna ma jibqax sapport tal-karta, imma sapport ta’ veru u politiku għax ħadd u qatt  m’għandu jinvadi pajjiż ieħor mingħajr drittijiet.

Ekonomija

Sport