Monday, December 23, 2024

“Ħadd m’għandu jitħalla mingħajr dar” – Għaqdiet LGBTI+

Aqra wkoll

Numru ta’ għaqdiet LGBTI+ jappellaw lill-pubbliku biex joffru l-postijiet vojta tagħhom: “Hemm numru ta’ nies li diġà spiċċaw mingħajr saqaf fuq rashom”

Il-Malta Gay Rights Movement, l-Allied Rainbow Communities, Checkpoint Malta u l-għaqda LGBTQI+ Gozo, ħabbru li kienu qegħdin jirċievu numru ta’ messaġġ minn persuni “li qegħdin jitilfu darhom, jew inkella jinsabu f’postijiet mhix siguri li ma jistgħux jitilqu minnhom.”

“Sfortunatament, il-kmamar u l-appartamenti kollha li kienu qegħdin jiġu offruti qabel ma faqqgħet il-pandemija tal-Covid-19, jinsabu mimlijin. Għal dan il-għan, qegħdin ningħaqdu flimkien, biex insibu akkomodazzjoni alternattiva għall-persuni kollha li jinsabu f’riskju, jew inkella li diġa huma bla dar.”

Kull min għandu spazju ta’ akkomodazzjoni vojt, jew inkella lest li jgħin b’xi mod, għandu jikkuntatja lil dawn lill-għaqdiet fuq il-midja soċjali tagħhom.

Ekonomija

Sport