Sunday, November 2, 2025

“Ħaddieħor kien jgħid li jekk jiżdiedu l-pensjonijiet, l-anzjani kienu se jmorru jilagħbu…”

- Il-Ministru Clyde Caruana 

Aqra wkoll

“Ħaddieħor kien jgħid li jekk inżidu l-pensjonijiet kienu se jmorru jilagħbu… Aħna mhux talli żidna l-pensjonijiet darba, iżda sena wara oħra żidna l-pensjonijiet u Gvern Laburista hekk se jibqa’ jagħmel sakemm idum mexxi lil dan il-pajjiż.” 

Hekk stqarr il-Ministru tal-Finanzi Clyde Caruana waqt li kien qiegħed jindrizza attività politika fil-Gżira.

Semma wkoll dak li ddeskriva l-aktar miżura li hija għal qalbu. Qal li t-tnaqqis fit-taxxi għall-familja hija l-akbar miżura li qatt ħabbar hu minn kemm ilu jippreżenta l-Budgets.

“Jgħidulna li dan kien Budget tal-elezzjoni… iżda l-verità hija li dan hu budget li jaħseb fil-lum u f’għada hekk kif il-miżuri li tħabbru se jħallu eluf kbar ta’ flus fil-bwiet tal-familji,” tenna l-Ministru tal-Finanzi Clyde Caruana.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport