“Ħaddieħor kien jgħid li jekk inżidu l-pensjonijiet kienu se jmorru jilagħbu… Aħna mhux talli żidna l-pensjonijiet darba, iżda sena wara oħra żidna l-pensjonijiet u Gvern Laburista hekk se jibqa’ jagħmel sakemm idum mexxi lil dan il-pajjiż.”
Hekk stqarr il-Ministru tal-Finanzi Clyde Caruana waqt li kien qiegħed jindrizza attività politika fil-Gżira.
Semma wkoll dak li ddeskriva l-aktar miżura li hija għal qalbu. Qal li t-tnaqqis fit-taxxi għall-familja hija l-akbar miżura li qatt ħabbar hu minn kemm ilu jippreżenta l-Budgets.
“Jgħidulna li dan kien Budget tal-elezzjoni… iżda l-verità hija li dan hu budget li jaħseb fil-lum u f’għada hekk kif il-miżuri li tħabbru se jħallu eluf kbar ta’ flus fil-bwiet tal-familji,” tenna l-Ministru tal-Finanzi Clyde Caruana.

