Sunday, May 19, 2024

Ħaddiem bi ġrieħi serji wara inċident fi scrapyard

Aqra wkoll

Ħaddiem ta’ 29 sena mill-Mali iżda residenti l-Isla, qed isofri minn ġrieħi serji wara li waqa’ minn fuq makkinarju li kien qed jopera. 

Kien għall-ħabta tal-10.30 a.m. meta l-Pulizija ġiet infurmata b’inċident fi scrap yard fi Triq Valletta f’Ħal Luqa. Ir-raġel ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u ġie ċċertifikat bi ġrieħi serji. 

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Donatella Frendo Dimech li ħatret inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.

Sport