Eġizzjan ta’ 41 sena residenti Raħal Ġdid, weġġa’ meta waqa’ madwar tliet sular waqt li kien qiegħed jaħdem.
L-inċident seħħ għall-ħabta tat-8.15am, fi Triq Kanonku Bonnici, Santa Venera.
Fuq il-post marru l-membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, kif ukoll tim mediku, u ambulanza ħadet il-vittma l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard, ir-raġel ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji.
Bil-każ ġie infurmat il-Maġistrat Dr Philip Galea Farrugia LL.D li ħatar diversi esperti sabiex jassistu fl-inkjesta li ġiet appuntata.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija, flimkien mal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol u l-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni għadhom għaddejjin

