Raġel ta’ 31 sena residenti Ħaż-Żebbuġ, sofra ġrieħi serji wara li waqa’ madwar sular waqt li kien qiegħed jaħdem f’lukanda.
L-inċident seħħ f’Dawret il-Qawra, San Pawl il-Baħar. Fuq il-post il-ħaddiem ingħata l-għajnuna minn tim mediku u wara ttieħed l-Isptar Mater Deib’ambulanza.
Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Victor Axiak LL.D ġie infurmat bil-każ u ħatar inkjesta.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija u tal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà Fuq il-Post tax-Xogħol għadhom għaddejjin.
Aktar kmieni: Raġel l-Isptar wara li waqa’ sular u nofs f’lukanda fil-Qawra
Raġel li l-identità tiegħu għadha mhix magħrufa waqa’ madwar sular u nofs waqt li kien qiegħed f’lukanda fil-Qawra. L-inċident seħħ għall-ħabta tad-9.00am.
Kelliem għall-pulizija kkonferma dan il-każ fejn sostna li l-pulizija għadhom qegħdin jinvestigaw u jistabilixxu l-fatti kollha kif seħħ l-inċident.
Tim mediku b’ambulanza mill-Isptar Mater Dei mar fuq il-post fejn ta l-ewwel għajnuna lir-raġel u aktar tard ittieħed l-isptar.
S’issa l-kundizzjoni tar-raġel għadha mhix magħrufa.
Aktar dettalji kif jaslulna…