Saturday, December 21, 2024

Ħaddiem fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ minn gallarija f’Marsaskala

Aqra wkoll

Ir-raġel li aktar kmieni llum waqa’ minn gallarija f’Marsaskala, ġie ċċertifikat fil-periklu tal-mewt.

Fi stqarrija li l-pulzija qalu li hekk kif ġew informati marru minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li raġel ta’ 26 sena residenti San Pawl il-Baħar, waqa’ madwar żewġ sulari minn gallarija.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa, fejn ġie ċċertifikat bi ġrieħi serji.

Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Ian Farrugia LL.D kien infurmat bil-każ u ħatar inkjesta, filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija u tal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurta fuq il-Post tax- Xogħol, għadhom għaddejjin.

Aktar kmieni: Raġel l-Isptar wara li waqa’ minn gallarija f’Marsascala

Raġel ta’ madwar 27 sena waqa’ minn gallarija f’Marsascala. L-inċident seħħ fi Triq is-Salini għall-ħabta tal-4.30pm meta l-pulizija ġew informati bil-każ.

S’issa mhux magħruf eżatt ir-raġel x’kien qiegħed jagħmel fil-gallerija. Jirriżulta li hekk kif waqa’ spiċċa fuq bankina fejn kellu jissejjaħ tim mediku mill-Isptar Mater Dei biex jagħtuh l-ewwel għajnuna.

L-identità tar-raġel u l-kundizzjoni tiegħu għadha mhix magħrufa.

Aktar dettalji kif jaslulna…

Ekonomija

Sport