Sunday, December 22, 2024

Ħaddiem imut waqt li kien qed jagħmel xogħol ta’ manutenzjoni f’tank taħt l-art

Aqra wkoll

Raġel ta’ 46 sena mill-Gambja, tilef ħajtu f’inċident li seħħ waqt li kien qiegħed jagħmel xogħol ta’ manutenzjoni f’tank fejn jinħażen il-fjuwil.

Kienu għall-ħabta tal-12.15p.m., xħin intalbet l-assistenza fiż-Żona magħrufa bħala Ħas-Saptan, limiti ta’ Ħal Għaxaq.

Ritratti: Talk.mt

Mill-investigazzjonijiet illi saru rriżulta li l-vittma tilef ħajtu waqt kien qiegħed fuq ‘high-up’.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku mill-Isptar Mater Dei filwaqt li xi ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili ntalbu jassistu wkoll. Ir-raġel ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post.

Ritratti: Talk.mt

Dwar il-każ infetħet inkjesta mmexxija mill-Maġistrat tal-Għassa Claire Stafrace Zammit u ħatret diversi esperti biex jassituha.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija tad-Distrett dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport