Raġel iddaħħal l-isptar wara li aktar kmieni llum, għall-ħabta tal-9:45 a.m. kien involut f’inċident f’Dawret il-Gudja, il-Gudja.
Minn stħarriġ illi sar irriżulta li ħaddiem Indjan ta’ 54 sena weġġa’ jdejh bi grinder waqt li kien qed jaħdem fil-fabbrika.
Tim mediku ta l-assistenza tiegħu lill-ħaddiem sakemm seta’ jittieħed l-Isptar Mater Dei għal aktar kura permezz ta’ ambulanza li ssejħet fil-post. Iżjed tard huwa ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.