Wednesday, July 24, 2024

Ħaddiem iweġġa’ f’sit ta’ kostruzzjoni f’Għajnsielem

Aqra wkoll

Kolombjan ta’ 23 sena kellu jiddaħħal l-Isptar Ġenerali t’Għawdex wara li weġġa’ f’sit tal-kostruzzjoni f’Għajnsielem Għawdex.

Kien għall-ħabta tan-12.30pm meta l-Pulizija ġew informati li kien hemm ħaddiem imweġġa’ f’sit ta’ kostuzzjoni fi Triq Sant’ Antnin qrib sew lukanda ewlenija f’Għajnsielem.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku b’ambulanza mill-Isptar Ġenerali t’Għawdex, iżda minħabba li l-ħaddiem kien in-naħa t’isfel tas-sit kellhom jisejjħu l-Ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili li bi professjonalita kbira tellgħu lill-ħaddiem fit-triq biex ikun jista’ jingħata l-ewwel għajnuna.

Il-kundizzjoni tiegħu s’issa għadha mhix magħrufa.

Il-pulizija qegħdin jinvestigaw dan il-każ.

Ekonomija

Sport