Ħaddiem iweġġa’ gravi f’inċident f’fabbrika f’Raħal Ġdid

Aqra wkoll

Raġel ta’ 51 sena residenti Birżebbuġa weġġa’ gravi wara inċident f’fabbrika li fiha kien qed jaħdem f’Raħal Ġdid.

Kien għall-ħabta tas-siegħa ta’ waranofsinhar xħin il-Pulizija ġiet infurmata mill-awtoritajiet tas-saħħa li kien iddaħħal ħaddiem l-Isptar Mater Dei minħabba li kien sofra xi ġrieħi f’fabbrika fi Vjal Sir Paul Boffa.

Mill-investigazzjonijiet preliminari li saru rriżulta li r-raġel sofra xi ġrieħi meta nkiser xi ħġieġ li kien qed jaqta’ permezz ta’ makkinarju.

Huwa immedjatament ttieħed minn ħaddiema oħra fiċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Raħal Ġdid u permezz t’ambulanza ttieħed l-isptar fejn aktar tard ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Sport