Thursday, December 26, 2024

Ħaddiem iweġġa’ gravi f’sit ta’ kostruzzjoni fiż-Żejtun

Aqra wkoll

Illum, għal xi s-2:30 p.m, il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident f’sit ta’ kostruzzjoni fi Triq id-Dejma, iż-Żejtun. 

Minn investigazzjoni li saret irriżulta li Ungeriż ta’ 27 sena residenti San Ġiljan, kien qiegħed jagħmel xi xogħlijiet ġo xaft meta għal xi raġuni waqa’ għoli ta’ madwar żewġ sulari. 

Ir-raġel ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi. 

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin. 

Ekonomija

Sport