Raġel iddaħħal l-Isptar wara li dalgħodu għall-ħabta tal-10:30 a.m kien involut f’inċident f’sit tal-kostruzzjoni,fi Triq ta’ Mlit, il-Mosta.
Minn stħarriġ illi sar, irriżulta li raġel ta’ 32 sena, residenti ir-Rabat weġġa’ wara li
ntlaqat minn travu tal-ħadid li waqa’ fuqu waqt li kien qed jinġarr.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku sabiex jassisti u ambulanza ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.