Sunday, December 22, 2024

Ħaddiem iweġġa’ gravi wara li waqa’ minn fuq Sellum fl-Imrieħel

Aqra wkoll

Ħaddiem sofra ġrieħi wara li għall-ħabta tal-11:30 a.m kien involut f’inċident fiż-Żona Industrijali tal-Imrieħel.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li raġel Indjan ta’ 26 sena kien qiegħed jagħmel xi xogħol meta waqa’ minn fuq sellum u weġġa’.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza li ħaditu lejn l-Isptar Mater Dei għal aktar kura. Aktar tard irriżulta li kien sofra minn ġrieħi ta’ natura gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin. 

Ekonomija

Sport