Wednesday, April 24, 2024

Ħaddiem iweġġa’ serjament wara li waqa’ madwar erba’ sulari f’Għawdex

Aqra wkoll

Ħaddiem Sirjan ta’ 46 sena weġġa’ serjament wara li waqa’ għoli ta’ madwar erba’ sulari.

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-10:40am f’sit ta’ kostruzzjoni, fi Triq Manwel Magro, f’Marsalforn.

Fuq il-post issejħu l-ħaddiema tal-protezzjoni ċivili u pulizija mid-Distrett ta’ Għawdex. Huwa ttieħed l-Isptar Ġenerali t’Għawdex u aktar tard ġie ċċertifikat bi ġrieħi serji.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Bridgette Sultana li ħatret inkjesta.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.

Sport