Monday, December 23, 2024

Ħaddiem iweġġa’ serjament wara li waqa’ xi rħam fuqu

Aqra wkoll

Ħaddiem Eritrean ta’ 21 sena residenti Birżebbuġa weġġa’ serjament wara li waqa’ xi rħam fuqu.

L-inċident seħħ illum għall-ħabta tas-2.30p.m. ġewwa fabbrika li tinsab fiż-Żona Industrijali ta’ Ħal Far.

Il-vittma ngħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi serji.

Il-Maġistrat tal-Għassa Monica Vella ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport