Ħaddiem ta’ madwar 23 sena ħa xokk elettriku meta kien qiegħed jagħmel xi xogħol f’Kerċem. L-inċident seħħ fi Triq l-Avukat Anton Callejja għall-ħabta ta’ 12.15pm.
Dan is-sit jinsab informat li l-ħaddiema li hu ta’ nazzjonalità barranija kien qiegħed iħaddem krejn meta għal xi raġuni laqat ‘high tension’ bil-konsegwenza li ħa xokk.
Fuq il-post mar tim mediku b’ambulanza mill-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex fejn wara li ngħata l-ewwel għajnuna ttieħed l-isptar għal aktar kura.
Filwaqt li l-kundizzjoni tar-raġel għadha pendenti, il-Pulizija jinsabu fuq il-post jinvestigaw dan il-każ.