Sunday, November 24, 2024

Ħaddiem jindarab gravi wara li waqa’ għoli ta’ madwar sular

Aqra wkoll

Raġel ta’ 64 sena residenti Ħal Luqa weġġa’ gravi wara li waqa’ għoli ta’ madwar sular waqt li kien qed jagħmel xi xogħol.

L-inċident seħħ għall-ħabta tad-9.00a.m., fil-Port il-Ħieles, Birżebbuġa.

Fuq il-post issejħu l-membri tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku sabiex jassistu lir-raġel li ttieħed permezz t’ambulanza l-Isptar Mater Dei. Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.

Sport