Raġel Albaniż ta’ 57 sena sofra ġrieħi gravi wara li kien nvolut f’inċident f’sit ta’ kostruzzjoni f’Tal-Pietà. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-1.35 p.m. fi Triq K. Darmanin.
Jidher li r-raġel, li huwa residenti l-Munxar Għawdex, waqa’ fuqu xi ħadid waqt li kien qed isir xogħol ta’ kostruzzjoni.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili biex jassistu. Ir-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza biex jingħata l-kura meħtieġa fejn aktar tard kien iċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.