Tuesday, May 14, 2024

“Ħaddiem li ta ħafna għall-ġid tal-oħrajn”

Paul Falzon mill-ITF

Victor Vella
Victor Vella
Ġurnalist

Aqra wkoll

“Tislima lil-Toni Zarb, li ħabb ill-ħaddiem sal-aħħar. Kemm bħala segretarju tat-taqsima u kemm bħala segretarju ġenerali tal-GWU, Toni flimkien mal-ħaddiema tax-xatt iffaċċja theddid serju għal-eżistenza ta’ kif nafu l-ħaddiem tax-xatt illum u għad-dritt tiegħu li jaħdem b’mod esklussiv fil-portijiet kollha ta’ Malta u Għawdex.” Dan iddikjarah Paul Falzon, mill-Federazzjoni Internazzjonali għall-Ħaddiema tat-Trasport (ITF).

Paul Falzon jiddikjara li “ffaċċja riformi u ġlieda kbira sabiex il-ħaddiem tax-xatt jiddefendi d-dritt li jaħdem hu fil-port ħieles. Ma riduniex hemm u għamlu l-almu kollu tagħhom biex jeskluduna u jmorru kontra l-liġi li s’issa ttina s-saħħa. Il-ħaddiema rebħu bit-tmexxija soda, bis-sehem tal-avukati tal-GWU u fuq kollox bl-għaqda u s-solidarjetà. L-istess ġara meta l-G.W.U. flimkien ma’ ħaddiema tax-xatt Ewropej mexxiet lill-ħaddiema tax-xatt Maltin kontra l-attentat sabiex jidħol s-‘self handling’ permess ta’ proposta tal-Unjoni Ewropea. Toni kien dejjem fuq quddiem f’din id-difiża għall-ħaddiema tax-xatt. Minkejja d-dfferenzi u l-weġġħat, id-demm qatt ma jsir semm. J’Alla l-ħaddiem ma jinsa qatt dawn it-tagħlimiet u ma jinsa qatt lil Toni Zarb, ħaddiem li ta ħafna għall-ġid tal-oħrajn.”

Sport