Wednesday, November 19, 2025

Ħaddiem Tork imut wara li waqa’ żewġ sulari f’sit ta’ kostruzzjoni

Aqra wkoll

Raġel mit-Turkija ta’ 25 sena, tilef ħajtu wara li waqa’ madwar żewġ sulari f’sit ta’ kostruzzjoni.

L-inċident seħħ għall-ħabta tat-7:45 a.m., fi Triq Pietru D’Armenia, Pembroke.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku flimkien ma’ membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili sabiex jassistu, iżda l-ħaddiem sfortunatament ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post.

Bil-każ ġie infurmat il-Maġistrat Dr Joseph Mifsud LL.D li fetaħ inkjesta, filwaqt li linvestigazzjonijiet mill-Pulizija, flimkien mal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-post taxXogħol għadhom għaddejjin.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport